Ajruplan żgħir isofri inċident wara l-inżul

    Ir-runway sekondarja fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta ġiet temporanjament magħluqa wara nofsinhar wara li ajruplan żgħir tat-tip Tecnam kien involut f'inċident wara l-inżul.

    Dan l-inċident seħħ ilbieraħ madwar is-2.00p.m.

    It-timijiet ta' emerġenza ntbagħtu fiż-żona bħala miżura ta' prekawzjoni, iżda ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.

    Il-movimenti fuq Runway 13/31 ġew temporanjament sospiżi imma wara ftit reġgħu ġew lura għan-normal.