ARA: Papri jisirqu l-attenzjoni fil-Bajja tal-Ġnejna

    Qata’ papri spiċċaw biexserqu l-attenzjoni hekk kif niżlu jistrieħu fil-Bajja tal-Ġnejna. Kienu bosta fost dawk preżenti li nġabru madwar il-papri biex jieħdu ritratt jew filmat tal-okkażjoni, u ma naqasx ukoll min tefgħalhom ukoll xi ikel.

    Il-persuna li ppubblikat il-filmat fuq il-midja soċjali ddeskriviet is-sitwazzjoni bħala waħda mill-isbaħ, “għalkemm il-kelb ma tantx ħa pjaċir bihom għax xorbulu mill-ilma tiegħu bla permess!”