Il-partit ta' Macron iwissi dwar l-elezzjonijiet elettorali Żvediżi

    Il-partit immexxi mill-President Franċiż Emmanuel Macron saħaq li l-popolarità tal-lemin estrem hija twissija oħra għall-Ewropa li tinsab maħkuma minn “mewġa populista”.

    Dan wara li d-Demokratiċi Żvediżi tal-Iżvezja, partit b’għeruq neo-Nazisti, kiseb madwar 17.6% tal-voti mitfugħin mill-elettorat. U minkejja li l-voti miksubin huma inqas minn dak li bassru wħud mis-surveys, dan xorta se jwassal biex ikollhom rwol deċiżiv fil-formazzjoni tal-Gvern il-ġdid Żvediż.

    Il-mexxej ta’ Republic on the Move (REM), Christophe Castaner, fi stqarrija qal li wara l-Awstrija u l-Italja “se tkun l-Iżvezja li tersperjenza din il-mewġa populista li tikkostitwixxi periklu lill-pajjiżi tagħna.

    Castaner saħaq li għandna nirrifjutaw li nabbandunaw il-futur f’idejn il-populisti u n-nazzjonalisti. “Ejjew niddefendu lil Ewropa aktar unita, b’aktar solidarjetà u niżguraw il-libertà.”