L-Iżvezja b'ġimgħat ta' inċertezza politika

    L-Iżvezja qed tiffaċċja ġimgħat ta’ inċertezza politika wara li l-akbar żewġ gruppi ta’ partiti fil-pajjiż naqsu milli jiksbu maġġoranza f’elezzjonijiet li ra lill-partit tal-lemin estrem tad-Demokratiċi Żvediżi jikseb appoġġ sostanzjali bi skuntentizza popolari kaġun tal-politika tal-immigrazzjoni.

    Bil-biċċa l-kbira tal-voti diġà mgħaddin, il-blokk ċentrali governattiv qed iżom vantaġġ minimu fuq l-Oppożizzjoni komposta minn partiti miċ-ċentru u mil-lemin, biż-żewġ naħat jiksbu madwar 40% tal-voti.

    L-elezzjonijiet tal-bieraħ raw lid-Demokratiċi Żvediżi, partit b’għeruq neo-Nazisti, kiseb madwar 18% tal-voti. Żieda ta’ 5% mill-elezzjoni ġenerali ta’ erba’ snin ilu. L-ebda grupp ta’ partiti ma jrid li jilħaq ftehim mad-Demokratiċi Żvediżi.