Sewwieq ta' mutur Skaliż bi ġrieħi gravi wara ħabta fl-Imġar

    Sewwieq ta’ mutur Skaliż sofra ġrieħi gravi wara li kmieni dalgħodu kien involut f’ħabta ma’ vettura fi Triq San Martin, l-Imġarr.

    L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.30 a.m., bis-sewwieq tal-mutur ta’ 27 sena jaħbar ma’ vettura tat-tip Volkswagen Bora misjuqa minn raġel Tuneżin ta’ 58 sena residenti l-Mellieħa.

    Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei fejn aktar tard ġie ċċertifikat li kien qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.