Jikser ir-record tan-National Powerlifting fil-kategorija Super Heavyweight

    Cleaven Cutajar li għandu 32 sena u jaħdem bħala Uffiċjal Korrettiv fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin ħa sehem fin-National Powerlifting Championships 2018 li saru l-bieraħ il-Ħadd 9 ta’ Settembru ġewwa l-Cottonera Sports Complex. Cutajar rebaħ il-kategorija Super Heavyweight u kiser erba’ records nazzjonali; fejn refa’ total ta’ 665Kg, 270Kg deadlift, 240Kg Squat u 155Kg Bench Press. B’dawn ir-riżultat Cutajar ikkwalifika mat-team nazzjonali tal-Powerlifting u x-xahar id-dieħel se jkun qed jieħu sehem fil-world Champions. Filwaqt li Cutajar kien sodisfatt bir-riżultat li kiseb, irringrazzja lill-coach tiegħu Shawn Farrugia u l-ħbieb kollha tiegħu li dejjem ituh l-appoġġ kollu meħtieġ, huwa wiegħed li se jagħmel dak kollu possibbli biex jikseb riżultat pożittiv fil-kompetizzjoni li jmiss.