Griezmann lest li jilgħab fl-MLS

    L-attakkant ta' Atletico Madrid Antoine Griezmann huwa lest li jaċċetta l-offerta ta' David Beckham u u jmur jilgħab fil-Major League Soccer (MLS) fis-sena 2020. Beckham għandu f’idejh it-team ta' Miami CF u qed jimmira li jġib xi players famużi sabiex isaħħaħ it-team li sentejn oħra ser ikun qed jikkompeti fl-ogħla kampjonat Amerikan. 
    Griezmann qal li jammira ħafna lil David Beckham u jekk ikun interessat fih, hu lest li jibda avventura ġdida fl-Istati Uniti. Griezmann jagħlaq 27 sena sa dak iż-żmien u qal li jista' jtemm il-karriera tal-football tiegħu hemm. 
    Sadanittant il-kuntratt li għandu l-player champion tad-dinja ma' Franza jiskadi fis-sena 2023.