Iker Casillas: Aħna l-aħħar stilel veterani

    Il-goalkeeper ta' Porto Iker Casillas iddeskriva lilu nnifsu, lil Gianluigi Buffon u lil Petr Cech bħala l-aħħar stilel veterani li fadal jilagħbu fl-Ewropa. L-ex captain ta' Spanja, li llum għandu 37 sena, lagħab fl-erba' logħbiet li Porto kellhom fil-kampjonat u huwa għażla regolari fl-ewwel 11
    Buffon iffirma kuntratt ta' sentejn ma' PSG u jista' jilg
    ħab magħhom sakemm ikollu 42 sena u s'issa qed ikollu wirjiet tajbin fl-ewwel ħarġiet tiegħu. 
    Mill-banda l-o
    ħra Petr Cech, li bħalissa jinsab ma' Arsenal qed jissielet għal postu fl-ewwel team tant li qed iħalli lill-goalkeeper l-ieħor Bernd Leno fuq il-bank tas-sostituti.
    Casillas qal li b
    ħala trio taw sehemhom mat-timijiet rispettivi tagħhom u jinsab konvint li ser jilagħbu dawn l-aħħar snin fil-karriera tagħhom bl-aħjar mod possibbli.