Jurgen Klopp: Il-media nefħet wisq l-eliminazzjoni Ġermaniża

    Il-coachta' Liverpool Jurgen Klopp akkuża lill-mezzi tax-xandir ta' pajjiżu li nefħu wisq l-eliminazzjoni tat-team nazzjonali Ġermaniż. Huwa sejjaħ din l-esaġerazzjoni bħala xi ħaġa tal-ġenn u l-poplu Ġermaniż għandu jagħti ċans lil Joachim Low u l-players tiegħu jirkupraw minn dan id-dappunt.
    Fl-ewwel
    ħarġa uffiċjali ta' Die Mannshaft fil-UEFA Nations League huma ġew draw ta' 0-0 kontra ċ-champions tad-dinja Franza. Klopp qal li dan ir-riżultat kien wieħed sodisfaċenti meta tqis ma' min kienu qed jilagħbu.
    Klopp qal li l-pl
    ayers lesti jqumu minn dan id-diżappunt u f’ġurnata mhux ‘il bogħod ser jerġgħu jirbħu xi unur importanti. Huwa għalhekk illi importanti li l-poplu Ġermaniż juri fiduċja fil-players li qed jirrapreżentaw lilpajjiżhom.