Mario Mandzukic mistenni jestendi l-kutratt tiegħu ma’ Juventus

    L-attakkant ta’ Juventus, Mario Mandzukic, jixtieq jestendi l-kuntratt tiegħu ma’ Juventus. Hekk kif il-kuntratt attwali tiegħu jiskadi fil-2021, u irrid li dan jiġi mġedded għalsena oħra mingħajr ebda aġġustament fis-salajru.

    L-internazzjonali Kroat huwa player krucjali għall-pjani ta’ Massimilano Allegri minħabba li huwa kapaċi jilgħab bħala winger jew bħala attakkant.

    Il-player ta’ 32 sena diġá skorjażewġ goals fis-Serie A dan l-istaġun meta skorja kontra Lazio u Parma.

    Il-finalist tat-Tazza tad-Dinja huwa mill-favoriti tal-partitarji b’ħafna esperjenza u huwa mistenni li jestendi l-kuntratt tiegħu mal-Bianconeri.