Harry Maguire jġedded ma’ Leicester City

    Harry Maguire iffirma kuntratt gdid ta’ €22 miljun ma’ Leicester wara li naqas milli jingħaqad ma’ Manchester United.

    L-internazzjonali Ingliż iffirma kuntratt ġdid ta’ ħames snin fil-King Power Stadium, li se jara zieda fil-paġa minn €50,000 fil-gimgħa għal €90,000 u ser iżommu mal-klabb sal-2023.

    Leicester ippremjaw lid-difensur ċentrali wara l-forma eċċellenti li wera minn mindu ingħaqad minn għand Hull is-sajf li għadda għal €19-il miljun.

    Il-player ta’ 25 sena fadallu erba’ snin fuq il-kuntratt attwali tiegħu imma Leicester riedu jissalvagwardjaw l-ġejjieni tiegħu b'termini aħjar.