Hector Herrera fil-mira ta’ Roma

    Roma huma mistennija li jagħmlu offerta ta’ €15-il miljun għall-captain ta’ FC Porto, Hector Herrera.

    Il-club Taljan jara lill-internazzjonali Messikan bħala sostitut ideali għalKevin Strootman li ngħaqad ma’ Marseille fl-aħħar sigħat qabel ma ntemm is-suq tat-trasferimenti.

    Il-kuntratt tal-player ta’ 28 sena ser jiskadi f’Gunju 2019 u għandu klawsola ta’ rilaxx ta’ madwar €40 miljun.

    Iżda Herrera jista’ jkun disponibbli għalmadwar €10-€15 miljun.