Ajax jirrifjutaw offerta għal Frenkie Je Jong

    Tottenham Hotspur kellhom offerta ta’ €50 miljun rifjutata minn Ajax għall-midfielder, Frenkie de Jong.

    Spurs ma’ ffirmaw lil ħadd dan is-sajf u ħallewlil Mauricio Pochettino biex jaħdem mal-istess skwadra li spiċċat fit-tielet post l-istaġun li għadda.

    Il-partitarji tħallew diżappuntati speċjalment bi spekulazzjonijiet li Mousa Dembele ser iħalli lil Spurs f’Jannar li gej.

    Barcelona wkoll għamlu offerta ta’ €30 miljun għall-player ta’ 21 sena li ġiet rifjuta wkoll u l-klabb Olandiż qal liż-żewġ klabbs li f’ebda mument De Jong huwa għall-bejgħ għalkwalunkwe prezz.