Waterpolo: Neptunes champions għall-25 darba

    Ritratt: Dominic Borg

    San Ġiljan.......................6

    Neptunes........................7

    (3-4, 1-0, 1-1, 1-2)

    F'finali mill-aktar eċċitanti u li ntlagħbet quddiem l-akbar folla tal-istaġun, Neptunes, għelbu l-isfida tal-ġirien iżda rivali kbar ta' San Ġiljan bl-iskor ta' 7-6 biex saru champions għall-25 darba fl-istorja.  Permezz ta' din ir-rebħa, Neptunes, rebħu tnejn mit-tliet play-offs tal-finali tal-Kampjonat Premier. Dan wara li fl-ewwel leg tal-play-offs tal-finali Neptunes kienu ħarġu rebbieħa bl-iskor ta' 13-10 waqt li fit-tieni leg kienu l-Ġiljanżi li ttrijonfaw bl-iskor ta' 9-8 wara l-ħin barrani u għahekk kellu jiġi sfurzat dan id-decider deċisiv.

    B'hekk ġie fi tmiemu l-84 Kampjonat organizzat mill-ASA hekk kif l-ewwel kampjonat organizzat minn din l-assoċjazzjoni li tmexxi l-isport akwatiku f'pajjiżna jmur lura għall-1925. Nhar it-Tlieta li ġej  jinżel is-siparju ta’ dan l-istaġun tal-waterpolo bil-finali tan-Knock-Out bejn l-istesss San Ġiljan u Neptunes li tibda fit-8.00 pm.

    San Ġiljan 1-Jake Tanti, 2-Peter Borg, 3-Andreas Galea, 4-Ben Grech, 5-Christian Farrugia, 6-Matthew Zammit (2), 7-Ben Plumpton, 8-Darren Zammit, 9-Tristan Said, 10-Paulo Obradovic (3), 11-Paul Fava, 12-Dino Zammit (1), 13-Thomas Micallef Coach: Nenad Navarin

    Neptunes 1-Alan Borg Cole, 2-Niki Lanzon, 3-Ken Erdogan, 4-Gabriel Pace (1), 5-Petar Muslim (2), 6-Nikolai Zammit, 7-Stevie Camilleri, 8-Jordan Camilleri (3), 9-Jeremy Abela (1), 10-Miguel Zammit, 11-Jake Muscat, 12-Matthias Azzopardi, 13-Joseph Parnis Coach: Marko Orlovic

    Referees: Massimo Angileri, Gianluca Centineao