Ela Mangion se tirrapreżenta lil pajjiżna fil-Junior Eurovision Song Contest fil-Belarus

    Ela Mangion se tirrapreżenta lil pajjiżna fil-Junior Eurovision Song Contest f’Belarus

     

    Ela Mangion, tfajla ta’ 12-il sena, se tkun qed tirrapreżenta lill-pajjiżna fil-Junior Eurovision Song Contest li se jsir fil-25 ta’ Novembru li ġej f’Minsk, il-Belarus. 

    Ela kklassifikat fl-ewwel post fis-serata finali tal-Malta Junior Eurovision Song Contest li saret ilbieraħ u li fiha kantat il-kanzunetta “Marchin’ On”. 

    Fit-tieni post ikklassifikaw Katryna u Rihana bil-kanzunetta “The Puppet and the Clown u fit-tielet post ikklassifikat Giorgia Borg bil-kanzunetta “10”.