Ajruplan jiġġarraf u jħalli 19-il persuna mejta

    19-il persuna inqatlu wara li ajruplan tal-passiġġieri ta’ għamla żgħira ġġarraf waqt l-inżul f’South Sudan.

    Kienu biss erba’ dawk li rnexxielhom isalvaw u fosthom hemm żewġt itfal.

    Fost il-vittmi kien hemm il-pilota, ko-pilota, membru tal-għaqda tas-Salib l-Aħmar u Isqof Anglikan. L-ajruplan kien qiegħed iġorr 23 persuna mill-kapitali, Juba, lejn Yirol meta seħħ l-inċident.

    Jidher li l-ajruplan iġġarrab kawża ta’ problema fil-viżibilità. Ir-raħal kollu jinsab ixxukkjat u fl-aħħar sigħat kien il-ħwienet ingħalqu hekk kif qraba tal-vittmi marru biex jidentifikawhom.