It-tieni grupp ta’ immigranti li ddaħħlu abbord l-MV Aquarius iħalli Malta lejn il-Lussemburgu

    It-tieni grupp ta’ immigranti li ddaħħlu Malta abbord l-MV Aquarius nhar Santa Marija ħalla Malta għall-Lussemburgu aktar kmieni llum. Il-141 immigrant abbord dan il-bastiment se jkunu rilokati Franza, il-Lussemburgu, il-Ġermanja, l-Italja, il-Portugall, u Spanja, u ħadd minnhom mhu se jibqa’ pajjiżna.

    Minkejja li ma kellu l-ebda obbligu legali, il-Gvern Malti offra li pajjiżna jservi ta’ bażi loġistika għall-iżbarkar tal-immigranti bi qbil li jitqassmu bejn sitt pajjiżi Ewropej li aċċettaw dan l-arranġament volontarju.