ARA: Mijiet isuqu wara l-inkwatru tal-Madonna tal-Grazzja

    Diversi persuni rħewlha bir-rota u l-muturi għall-pellegrinaġġ tal-festa tal-Madonna tal-Grazzja, Ħaż-Żabbar.

    Il-pellegrinaġġ tar-roti ra il-bidu tiegħu fir-Rabat u wasal sa quddiem is-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja, f’Ħaż-żabbar.

    Il-qofol tal-pellegrinaġġ intlaħaq, meta ċ-ċiklisti u tal-muturi jingħaqdu fi Triq is-Santwarju, f’Ħaż-Żabbar, fejn sar it-tberik.