In-nixfiet se jgħollu l-kontijiet tad-dawl… restrizzjonijiet fuq l-użu ta’ l-ilma

    Il-bdiewa Ewropej qed jesperenzaw dik li qed isejħulha bħala “l-akbar nixfa li jiftakru fil-memorja riċenti”.  Qed jingħad u jissemma’ kif din in-nixfa se taffettwa l-provvisti ta’ ikel fl-Ewropea.

    Din in-nixfa madwar l-Ewropa bdiet f’Mejju ta’ din is-sena u kienet akkumpanjata minn temperaturi għoljin u mewġiet ta’ sħana.  Il-Gvern tal-Litwanja iddikjara stat ta’ emerġenza  waqt li l-Litwanja sejħitlu bħala ‘diżastru naturali’ fuq skala nazzjonali.

    Kien hemm pajjiżi bħan-Norveġja, l-Irlanda u d-Danimarka li imponew restrizzjonijiet fuq l-użu tal-ilma.  Il-prezzijiet tal-elettriku huma mistennija li jogħlew f’diversi pajjiżi fosthom in-Norveġja, il-Belġju u l-Olanda u dan minħabba li żdiedet id-dipendenza fuq il-hydropower.