Ħames persuni jinsabu mejtin f'residenza fl-Awstralja

    Ħames katavri, fosthom mara u tfal, instabu f’residenza fl-Awstralja.

    L-Assistent Kummissarju Paul Steele iddeskriva dan l-inċident bħala wieħed “traġiku”, iżda żied jgħid li m’għadx hemm periklu fiż-żona. L-uffiċjali skoprew il-vittmi fi Triq Coode f’Bedford wara li raġel avviċinahom f’Għassa fiż-żona u qalilhom b’dak li kien ra. Ir-raġel li għandu bejn l-20 u t-30 sena qiegħed jiġi interrogat mill-pulizija sabiex ikun jista’ jgħinhom fl-investigazzjonijiet.

    F’dan l-istadju mhux magħruf jekk il-vittmi kienux jiġu minn xulxin.