Lucas Moura jimpressjona ma' Tottenham

    Wara li ftit impressjona fiż-żmien li kien qed jilgħab maċ-champions Franċiżi Paris St Germain, il-winger fuq il-faxxa leminija Lucas Moura jidher li kiseb il-fiduċja tal-partitarji ta' Tottenham Hotspur minħabba li qed ikun protagonista fl-ewwel partiti li lagħab magħhom. 
    Tant hu hekk li huwa rebaħ l-unur tal-aqwa player għax-xahar t’Awwissu fil-Premier League Ingliż. Huwa kien fundamentali sabiexSpurs kellhom bidu mill-aqwa meta skorja tliet goals fil-partiti li huwa lagħab kontra Fulham u Manchester United. 
    F'kummenti li ta lis-sit tal-club, il-player Brażiljan qal li jinsab ferm kuntent mat-team minn Londra u sostna li kellhom bżonn injezzjoni ta' fiduċja wara ż-żmien diżappuntanti li kellu fi Franza. Huwa wiegħed lill-partitarji numerużi Ingliżi li ser ikun qed iħallas lura l-fiduċja li qed juru fih dawk kollha nvoluti ma' Spurs.