Jordi Alba kuntent ma' Barcelona

    Id-difensur xellugi ta' Barcelona Jordi Alba qal li jixtieq jagħlaq il-karriera tiegħu mal-club Katalan tant kemm qiegħed għal qalbu. 
    Ftit tal-ġimgħat ilu Alba beda s-seba' staġun tiegħu mat-team mir-reġjun tal-Katalunja u ġie rrappurtat li jinsab ferm għal  qalbu mal-club. Huwa diġà beda fi tliet logħbiet li Barcelona lagħbu  matul dan l-istaġun u skorja goal. Mal-Blaugrana lagħab 164 partita u skorja seba' goals. 
    Meta mistoqsi dwar il-fatt li l-coach tat-team nazzjonali Spanjol m’għażlux għall-partiti li għandhom fil-UEFA Nations League, Alba qal li dawn huma deċiżjonijiet li jirrispettahom. Huwa temm jgħid li bħalissa huwa kkonċentrat sabiex jagħti wirjiet tajbin mal-Katalani.