Utrecht iridu lil Dick Advocaat

    Wara li neħħew lill-coach Jean Paul de Jong, id-diriġenti tal-club Olandiż ta' FC Utrecht qed jippruvaw ifittxu s-suċċessur tiegħu. Qed jissemma' b'ċertu insistenza l-coach veteran Dick Advocaat. Min-naħa tagħhom il-president tal-club Frans Van Seumeren u d-direttur sportiv Jordy Zuldam qed jaħsbu sabiex jagħmlulu offerta attraenti li tressqu lejn dan il-club.
    Advocaat m'għandu bżonn tal-ebda introduzzjoni fil-qasam tal-football internazzjonali minħabba li mexxa diversi timijiet nazzjonali fosthom il-Korea t'Isfel, il-Belġju u r-Russja. Fuq livell ta' club jibqa' magħruf għas-suċċess li kiseb ma' Zenit St Petersburg meta rebaħil-UEFA Europa League.
    Sadanittant Utrecht jinsabu jokkupaw il-11-il post tal-klassifika tal-Eredivisie meta minn ħames partiti kisbu erba' punti.