Meta Barcelona ħasbu li ffirmaw lil Antoine Griezmann

    Matul is-sajf li għadda Barcelona, kienu certi li ser jiffirmaw lil Antoine Griezmann.

    Tant hu hekk li l-Katalani kienu diġá allokaw in-numru 7 għalih, minkejja l-fatt li Philippe Coutinho talab għaldak in-numru.

    Barcelona biegħu lil Neymar l-istaġun li għadda lill-PSG, u raw lil player ta’ 27 sena bħala s-sostitut perfett biex jgħin lill-attakk tagħhom hek kif issa huwa magħmul minn stilel li għandhom ‘il fuq minn 30 sena.

    Ir-rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja kellu klawsola ta’ rilaxx ta’ €100 miljun iżda wkoll kienet tippermetti li din tista’ tonqos bin-nofs u b’hekk Barcelona kienu ċerti li l-player kien sejjer fin-Nou Camp dan is-sajf.

    Iżda, Griezmann irrifjuta li jingħaqad ma’ Barcelona u ffirma kuntratt ġdid ma’ Atletico Madrid ta’ ħames snin ... u ħalla lill-ex player ta’ Liverpool biex jieħu n-numru 7.