L-abbuż domestiku minħabba l-futbol

    Kien hemm żieda sinjifikanti fir-rapporti ta’ abbuż domestiku matul it-Tazza tad-Dinja, fl-Ingilterra. Dan huwa riżultat ta’ studju minn aġenzija tal-pulizija kontra dan l-abbuż.

    Aktar minn 60 inċident gew rapportati wara t-telfa tas-semi-finali kontra l-Kroazja, meta mqabbla mal-ogħla ċifra ta’ 24 matul il-Euro 2016.

    Id-Deputat Kap Kmandant, Mark Roberts, qal li l-pulizija  ttrattaw numri rekord ta’ kriminalitá relatata mat-Tazza tad-Dinja.

    Madwar 1,340 mit-total ta’ 1,487 inċident irrapportat marbut mal-football (90%) kienu relatati mas-seba' logħbiet tal-Ingilterra bejn l-14 ta’ Gunju u l-15 ta' Lulju, stqarr il-Kunsill Nazzjonali tal-Pulizija(NPCC).

    Kien hemm ukoll 239 sejħa għalabbuż domestiku marbut mal-fixtures tat-team.

    Louisa Rolfe, kunstistabbli tal-NPCC, qalet waqt konferenza stampa li  “Il-Football ma jikkawżax abbuż domestiku iżda dawn ic-cifri jissuġġerixxu żieda fl-inċidenti waqt logħbiet importanti. Filwaqt li l-emozzjonijiet jistgħu jitqiesu bħala perikolużi, m’hemm l-ebda skuża għall-abbuż domestiku."