Il-karriera ta’ Santi Cazorla “mitmuma” wara li ntlaqat minn virus

    Santi Cazorla stqarr li tilef parti kbira ta’ tendon minħabba virus li temmlu l-karriera tiegħu ma’ Arsenal.

    Il-midfielder għamel 636 ġurnata barra mill-azzjoni wara li ġie attakkat minn virus waqt li kien qed jiġi operat. Dan il-virus kien qed jikollu l-ġilda u t-tendon.

    Il-player ta’ 33 kellu jerġa’ jiġi operat minħabba li t-tendon ta’ siequ ittiekel 10 ċentimetri minnu. 

    Għaldaqstant kellu jerġa’ jinbena tendon artifiċjali fejn ingħata rijabilitazzjoni intensiva biex jirritorna fl-azzjoni fl-iqsar żmien.

    Matul is-sitt snin tiegħu fl-Emirates, Cazorla rebaħ l-FA Cup darbtejn.