AC Milan qed jikkunsidraw li jagħmlu offerta għal Cesc Fabregas

    AC Milan huma mistennija jagħmlu offerta f’Jannar li ġej biex jiffirmaw lill-midfielder ta’ Chelsea, Cesc Fabregas.

    Fabregas jinsab fl-aħħar sena tal-kuntratt tiegħu fi Stamford Bridge u l-Blues jistgħu jħalluh jitlaq f’Jannar li ġej biex jevitaw milli jiġi agent liberu fis-sajf li gej.

    Fil-veritá huwa tilef post regolari taħt il-coach il-ġdid, Maurizio Sarri, u għaldaqstant il-player Spanjol qed ifittex opportunitajiet oħra.

    Il-player ta’ 31 sena ngħaqad ma’ Chelsea mingħand Barcelona lura fl-2014, iżda bl-ingaġġ ta’ Kante N’Golo kif ukoll bl-akkwisti l-ġodda, Jorginho u Mateo Kovacic, Fabregas tilef postu għal kollox.

    L-unika dehra tiegħu s’issa dan l-istaġun kienet fit-telfa kontra Manchester City fil-Community Shield.