Juventus iridu jġeddu l-kuntratt ta’ Alex Sandro

    Iċ-champions Taljani, Juventus, għadhom iridu jibdew taħditiet fit-tentattiv li joffru kuntratt ġdid lil Alex Sandro.

    Il-Brażiljan kien assoċjat ma’ Paris Saint-Germain u Manchester United dan is-sajf. Il-ġganti Franċiżi għamlu żewġ offerti biex jiffirmaw lid-difensur liiżda ġew rifjutati mill-Bianconeri.

    L-aġenti ta’ Alex Sandro qed jistennew lil Juventus biex jibdew it-taħdidiet dwar il-kuntratt il-ġdid, iżda minkejja l-wegħdiet li dawn ser jiltaqgħu fil-bidu ta’ Settembru, qatt ma’ tawhom data fissa.

    Il-kuntratt il-gdid tal-player ta’ 27 sena ser jinkludi paga ta’ €4 miljun fis-sena, filwaqt fil-kuntratt attwali li jintemm fis-sajf tal-2020 qed jalqa’€2.2 miljun kull staġun.