Kważi żvina wara l-attakk tal-bieraħ … tilef 40% ta’ demmu

    Jair Bolsonaro, li qed jikkontesta l-elezzjoni presidenzjali fil-Brażil, nhar il-Ġimgħa qala’ daqqiet ta’ sikkina.  Id-daqqiet tant kienu serji li hu kważi żvina.

    Bolsonaro kien qed jattendi attività tal-massa f’Minas Gerais meta sofra l-attakk b’daqqa ta’ sikkina.

    Huwa ttieħed b’urġenza l-isptar fejn ġie operat b’mod immedjat. Qed jingħad li Bolsonaro għandhom bżonn aktar minn  xahar biex jirkupra mill-feriti u l-operazzjoni li saritlu. Hemm spekulazzjoni li tgħid li hu jista’ ma jkunx f’pożizzjoni li jkompli bil-kampanja tiegħu. 

    Bolsonaro qajjem kontroversja sħiħa fil-pajjiż b’kummenti omofobiċi u razzisti, għalkemm hu jenfasizza li jrid jeqred il-kriminalita. 

    B’rabta ma’ dan il-każ l-awtoritajiet tas-sigurtà fil-Brażil arrestaw lil Adelio Obispo de Oliveira, raġel ta’ 40 sena.

    .