L-elettorat Żvediż jipprepara għall-vot ta' għada, f'elezzjoni li taf tibdel ix-xenarju politiku fil-pajjiż

    L-elettorat Żvediż għada mistenni li jiddeċiedi min se jkun il-mexxejja l-ġodda tal-pajjiż, f’vot li jaf ibiddel ix-xenarju politiku tal-pajjiż. Dan wara li fi stħarriġ wara ieħor, partit b’għeruq neo-Nazisti mistenni li jsir it-tieni l-akbar partit fl-Iżvezja.

    Politika liberali fil-knfront tal-immigranti fl-2015 wasslet biex tikber konsiderevolment il-popolarità tad-Demokratiċi Żvediżi, bil-mexxej Jimmie Akesson jieħu pożizzjoni iebsa kontra l-immigrazzjoni fl-aħħar dibattitu politiku televiż fil-kampanja politika.

    “Matul dawn l-aħħar għaxar snin għandna mal-miljun persuna aktar fil-pajjiż, kaġun ta’ politika irresponsabbli dwar l-immigrazzjoni.

    Min-naħa l-oħra Annie Loof mill-Partit Ċentrali, saħqet li l-immigrazzjoni għandha l-benefiċċji tagħha.

    Intant si-Soċjal Demokratiċi għadhom mistennijin li jiksbu l-akbar ammont ta’ voti. Madankollu jaf ikollhom problema biex jifformaw koalizzjoni.