Waterpolo: San Ġiljan jisforzaw l-aħħar decider għar-rebħ tat-titlu

    Premier - Finali - II Leg

    Ritratt: Christine Borg

    Neptunes........................ 8

    San Ġiljan....................... 9

    (3-1, 1-1, 2-2, 1-3) - (1-1, 0-1)

     

    F’logħba mill-aktar eċċi­tanti, San Ġiljan għelbu lil Neptunes bl-iskor ta’ 9-8 liema logħba kellha tmur fil-ħin barrani. B’din ir-rebħa, San Ġiljan sfurzaw il-logħba deċiżiva li se tintlagħab proprju llum fis-6.00 pm.

    Dan wara li fl-ewwel leg Neptunes kienu ħarġu reb­bieħa kontra l-istess San Ġiljan bl-iskor ta’ 13-10.

    Neptunes għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-logħba u rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 3-1 bil-goals jaslu minn Pace, Lanzon u Jordan Camilleri. Min-naħa l-oħra Andrea Galea wieġeb għall-Ġiljaniżi.

    Fit-tieni sessjoni, irrenja bilanċ assolut biex intemmet fi draw ta’ 1-1, bi Stevie Camilleri jiskorja għal Neptunes filwaqt li Paulo Obradovic wieġeb għal San Ġiljan.

    It-tielet sessjoni wkoll intemmet fi draw iżda din id-darba  2-2 b’San Ġiljan isibu x-xibka permezz tal-captain Matthew Zammit u Dino Zammit. Min-naħa l-oħra Niki Lanzon u Gabriel Pace wieġbu għal Neptunes.

    San Ġiljan rebħu r-raba’ sessjoni bl-iskor ta’ 3-1 bl-iskorers ikunu Galea (2) u Paul Fava. Min-naħa l-oħra Stevie Camilleri wieġeb għal Neptunes minn penalty. 

    L-iskor kien dak ta’ 7-7 fi tmiem din is-sessjoni u għal­hekk il-partita kellha tmur għall-ħin barrani. L-ewwel sessjoni intemmet fi draw ta’ 1-1 bl-iskorer għal Neptunes ikun Muslim waqt li Dino Zammit irreċiproka għall-Ġiljaniżi.

    San Ġiljan rebħu t-tieni sessjoni bl-iskor minimu ta’ 1-0 b’Paulo Obradovic isib ix-xibka għall-Ġiljaniżi minn penalty.

    Neptunes: 1-Alan Borg Cole, 2-Niki Lanzon (2), 3-Ken Erdogan, 4-Gabriel Pace (2), 5-Petar Muslim (1), 6-Nikolai Zammit, 7-Stevie Camilleri (2), 8-Jordan Camilleri (1), 9-Jeremy Abela, 10-Miguel Zammit, 11-Jake Muscat, 12-Matthias Azzopardi, 13-Joseph Parnis Coach: Jovan Popovic

    San Ġiljan: 1-Jake Tanti, 2-Peter Borg, 3-Andreas Galea (3), 4-Ben Grech, 5-Christian Farrugia, 6-Matthew Zammit (1), 7-Ben Plumpton, 8-Darren Zammit, 9-Tristan Said, 10-Paulo Obradovic (2), 11-Paul Fava (1), 12-Dino Zammit (2), 13-Thomas Micallef Coach: Marko Orlovic 

    Referees: Mario Dalli, Luca Bianco