Waterpolo: Marsaxlokk champions

    I Diviżjoni - Finali - II Leg

    Ritratt: Christine Borg

    Birżebbuġa..................... 10

    Marsaxlokk.................... 11

    (5-3, 1-1, 0-2, 3-3) - (1-2, 0-0)

    Marsaxlokk rebħu l-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni meta f’partita mill-isbaħ għelbu lil Birżebbuġa bl-iskor ta’ 11-10 wara l-ħin barrani.

    Kienu Birzebbuġa li rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 5-3 bil-goals għalihom jaslu minn Vassallo, Mora, Cutajar, Zerafa Gregory u Cassar.

    Min-naħa l-oħra Hosnyanszky (2) u Rizzo wieġbu għall-Ixlukkajri.

    It-tieni sessjoni ntemmet fi draw ta’ 1-1 b’Hosnyanszky jiskorja għall-Ixlukkajri waqt li Ortoleva wieġeb għal Birżebbuġa.

    Marsaxlokk rebħu t-tielet sessjoni bl-iskor ta’ 2-0 b’Buhagiar u Hosnyanszky jsibu x-xibka għalihom.

    Ir-raba’ sessjoni ntemmet fi draw ta’ 3-3 b’ Cutajar, Zerafa Gregory u Pace Lupi jiskorjaw għal Birzebbuġa waqt li  Lanzon, Gialanze u Rizzo wieġbu għall-Ixlukkajri.

    L-iskor sa tmiem il-ħin regolamentari kien dak ta’ 9-9, u għalhekk il-partita kellha tmur għall-ħin barrani, b’Marsaxlokk jirbħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 2-1 permezz ta’ doppjetta ta’ Hosnyansky waqt li Cutajar skorja għal Birżebbuġa.

    Dan sabiex it-tieni sessjoni ntemmet fi draw ta’ mingħajr goals.

    Birżebbuġa: 1-David Abela, 2-Max Borg, 3-Neil Cassar (1), 4-David Pace Lupi (1), 5-Sergi Mora (1), 6-Julian Rizzo Naudi, 7-Simon Vassallo (1), 8-David Cutajar (3), 9-Stephen Micallef, 10-Mikhael Cutajar, 11-Mattias Ortoleva (1), 12-James Zerafa Gregory (2), 13-Daniel Spiteri Coach: Marco Risso

    Marsaxlokk: 1-Ryan Coleiro, 2-Claudio Spiteri De Barro, 3-Matteo Cacici, 4-Clyde Bonello, 5-Christian Gialanze (1), 6-Norbert Hosnyanszky (6), 7-Joseph Galea, 8-Michael Rizzo (2), 9-Brian Buhagiar (1), 10-Rainier Scerri, 11-Matthew Pace, 12-Otis Zammit, 13-Kayne Lanzon (1) Coach: Joe Cremona

    Referees: Massimo Angileri, Luca Bianco