Charlton mistennija jkollhom sid ġdid

    L-ex sid ta' Arsenal Alisher Usmanov qed jikkunsidra li jieħu lill-club mil-League One Ingliża Charlton Athletic. Stan Kroenke ħallas lil Usmanov is-somma ta' 600 miljun lira sterlina matul ix-xahar illi għadda sabiex jixtri l-ishma tiegħu ta' Arsenal hekk kif -ċittadin mill-Uzbekistan li għandu 64 sena jixtieq jibqa' attiv bħala sid ta' xi club tal-football Ingliż.
    Min-naħa tiegħu Usmanov qed iħares lejn Charlton Athletic bħala t-team li jista' jieħu peressli dan il-club jinsab għaddej minn problemi finanzjarji.