David Beckham irid lil Cristiano Ronaldo

    David Beckham qed jittama li jista' jġib lil Cristiano Ronaldo jilgħab fl-Istati Uniti hekk kif jixtieq jarah jilgħab mal-club li jmexxi hu stess, Inter Miami. Dawn tal-aħħar ser jibdew jikkompetu fil-Major League Soccer Amerikan mis-sena 2020 u sa dak iż-żmien Beckham jixtieq li jikkonvinċi lill-attakkant Portugiż jingħaqad magħhom. 
    L-għan tal-ex player internazzjonali Ingliż ser ikun dak li jġib ismijiet famużi sabiex isaħħaħ lit-team apparti li jiġġeneraw dħul tajjeb finanzjarju. 
    L-istilla Portugiża sas-sena 2020 jkollu 35 sena u jkun għad fadallu sena ohra kuntratt mal-club tiegħu Juventus.