Real Madrid iridu lil Ibrahim Diaz

    Real Madrid qed isegwu l-progress tal-attakkant ta' Manchester City Ibrahim Diaz. Iż-żagħżugħ ta' 19-il sena jinsab fl-aħħar tal-kuntratt tiegħu ma' The Citizens iżda minflok telaq lejn destinazzjoni oħra, ipprefera jissielet għal postu sabiex jilgħab iktar minuti taħt il-gwida tal-coach Pep Guardiola.
    Min-naħa tagħhom Manchester City jinsabu ddisprati li jżommu lil Diaz fl-Etihad Stadium minħabba li diġà kellhom iċedu liż-żagħżugħ l-ieħor Jadon Sancho li mar jilgħab ma' Borussia Dortmund.
    Diaz huwa kkunsidrat bħala player li għad jagħmel id-differenza fit-team minn Manchester fil-futur mhux imbiegħed.