Leroy Sane jitlaq mill-lukanda tal-Ġermanja

    Il-player ta’ Manchester City, Leroy Sane, telaq mill-lukanda fejn kienet qed toqgħod l-iskwadraĠermaniża għalragunijiet personali u mhux se jkun disponibbli għal-logħba ta’ ħbiberija kontra l-Perú,il-Ħadd li ġej.

    Sane kien tħalla barra mill-iskwadra tal-Ġermanja għat-Tazza tad-Dinja fir-Russja.

    Madankollu, huwa daħal bħala sostitut għall-aħħar ftit minuti tal-logħba kontra Franza,il-Ħamis fil-għaxija.

    Nhar il-Ġimgħa,l-FA Ġermaniża ħarġet stqarrija fejn ikkonfermat li wara diskussjonijiet mal-coach, Joachim Low, Leroy Sane ħalla l-lukanda fi Munich għalraġunijiet personali.

    Aktar qabel, din il-ġimgħa stess, Toni Kroos sostna li l-player ta’ 22 sena li lagħab 13-il partita mat-team nazzjonali, ma kienx qed iwettaq il-potenzjal massimu tiegħu u għandu attitudni ħazina ħafna.