Diego Maradona mar jikkowċja fil-Messiku

    Il-leġġendarju Arġentin, Diego Maradona, inħatar coach tal-klabb Messikan tat-Tieni Diviżjoni, Dorados de Sinaloa.

    Maradona, li għandu 57 sena,ġie maħtur ukoll bħala l-president tal-klabb ta’ Belarus, Dinamo Brest,bi ftehim ta’ tliet snin, f’Mejju li għadda.

    Iżda ufficjal ta’ Dinamo qal li din kienet: "ahbar mhux mistennija" għalihom.

    L-aħħar impenn tar-rebbie tat-Tazza tad-Dinja fl-1986, kien mal-klabb Al-Fujairah fl-Emirati Għarabi Magħquda liema kuntrattintemm f’April li għadda.

    Maradona ngħata din il-kariga biex jieħu post Francisco Gomez, li ġie mkeċċi nhar il-Ħamis li għadda.

    Il-klabb ippubblika video qasir fuq il-media socjali tagħhom bil-messagg:“Merbha Diego.”