“L-Istati Uniti tibgħatilna messaġġi kuljum biex nibdew ninnegozjaw”

    L-Istati Uniti kostantement tibgħat messaġġi lill-Iran biex jibdew negozjati. Dan qalu l-President Iranjan Hassan Rouhani llum f’diskors li kien trasmess fuq it-televiżjon statali.

    It-tensjonijiet bejn l-Iran u l-Istati Uniti eskalat wara li l-President Amerikan Donald Trump iddeieda li jirtira lill-Istati Uniti mill-ftehim nukleari fis-seħħ mal-Iran f’Mejju li għadda. Dan filwaqt li reġa’ adotta sanzjonijiet fil-konfront tar-Repubblika Iżlamika matul ix-xahar li għadda.

    Min-naħa tiegħu Trump qal li se jkun qed jiltaqa’ mal-mexxej Iranjan.

    “Minn naħa waħad huma jipprovaw jagħmlu pressjoni fuq il-poplu iranjan. Mill-banda l-oħra jibgħatulna messaġġi kuljum tramite diversi kanali li għandna ninnegozjaw flimkien,” saħaq Rouhani.