Jair Bolsonaro jaqla daqqiet ta' sikkina... kollox jindika li hu mistenni jirbaħ l-elezzjonijiet presidenzjali fil-Brażil

    Il-favorit li jiġi elett fl-elezzjoni presidenzjali tal-Brażil qala daqqiet ta’ sikkina waqt li kien qalb il-folla fl-istat ta’ Minas Gerais.

    Jair Bolsonaro kellu jagħmel operazzjoni minħabba ġrieħi fl-imsaren u mistenni jirkupra fil-jiem li ġejjin.

    Il-politiku li ħoloq kontroversja u li qajjem rabja fost diversi ċittadini minħabba kummenti razzisti u omofobiċi kien juri li jibsab f’pożizzjoni tajba li jirbaħ l-elezzjoni fil-Brażil.

    Skont l-istħarriġ li sar kollox kien jindika li hu kellu jġib l-aktar voti fl-ewwel rawnd tal-elezzjonijiet presidenzjali ta’ Ottubri li ġej. Dan jekk l-ex President Luis Inácio Lula da Silva jibqa’ miżmum milli jikkontesta.

    Lula kien ilu żmien meqjus bħala l-favorit, iżda fil-preżent jinsab il-ħabs minħabba korruzzjoni.

    Il-pulizija arrestat persuna suspettata b’dan l-att fuq Bolsonaro.