Imut l-attur famuż tas-snin sebgħin Burt Reynolds fl-età ta' 82 sena

    Burt Reynolds, wieħed mill-aktar atturi famużi tas-snin sebgħin, li fost l-oħrajn kien nominat għal premju Oscar, miet matul il-lejl tal-bieraħ fl-età ta’ 82 sena.

    Skont ma kien irrapurtat jidher li huwa miet fi sptar fi Florida  mdawwar minn qrabatu wara li sofra attakk f’qalbu.

    Huwa kien għamel intervent mediku lura fl-2010 minħabba kumplikazzjonijiet f’qalbu. L-attur se ħalla jibkih f’din id-dinja lil ibnu Quinton.

    L-attur ħa spinta fil-fama tiegħu fis-sena 1972 fejn fost l-oħrajn jibqa’ mfakkar għall-irwol tiegħu fi ‘Smokey and the Bandit’, ‘The Cannonball Run’ u ‘Boogie Nights’.

    Wieħed min-neputijiet qal li zijuh ma kienx bis ikona tal-films, kien ġeneruż, appassjonat u sensittiv fejn tidħol il-familja tiegħu, ħbieb, segwaċi u l-istess studenti tiegħu.