Trump jirringrazzja lil Kim Jong-Un għall-kummenti li għamel fil-konfront tiegħu

    Wara li aktar kmieni llum l-emissarju diplomatiku għall-Korea t’Isfel saħaq li l-mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong-Un wera l-fiduċja tiegħu fil-President Amerikan Donald Trump, l-istess Donald Trump irringrazzja lil Kim għall-fiduċja inkundizzjonata fil-konfront tiegħu. Huwa żied jgħid li t-tnejn li huma fil-futur se jkunu qed jaħdmu flimkien.

    Permezz tal-profil tiegħu fuq Twitter, Trump irringrazzja lil Kim għall-kummenti tiegħu u qal li jħares ’il quddiem biex jaħdmu flimkien.

    Kim għamel dawn il-kummenti wara li Kim Jong-Un iltaqa’ ma delegazzjoni mill-korea t’Isfel u ddiskutew id-denuklearizzazzjoni tal-peninsula Koreana.