Il-Libja se terġa' tiftaħ l-uniku ajruport fi Tripli għada

    Il-Libja mistennija li terġa’ tiftaħ l-uniku ajruport f’qagħda li jaħdem fi Tripli wara li kien ilu aktar minn ġimgħa magħluq kaġun ta’ ġlied bejn gruppi rivali.

    Dan tħabbar mill-Gvern Libjan ibbażat fi Tripli matul il-jum tal-lum.

    Nhar it-Tlieta li għadda in-Nazzjonijiet Uniti rnexxieli tilħaq ftehim ta’ waqfien mill-ġlied fot il-gruppi rivali. Fil-ġlied inqatlu aktar minn 60 persuna.