Kim Jong-Un jgħid li qatt m’għadda kummenti negattivi fil-konfront ta’ Trump

    Il-mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong Un saħaq li l-fiduċja tiegħu fil-konfront tal-President Amerikan Donald Trump ma ntmessitx. Dan skont emissarju tal-Korea t’Isfel li lbieraħ iltaqa’ ma’ Kim fi Pyongyang.

    “Kim emfasizza li qatt m’għadda kummenti negattivi fil-konfront ta’ Trump,” qal Chung Eui-yong, l-ogħla konsulent għas-sigurtà tal-Korea t’Isfel, f’konferenza tal-aħbarijiet aktar kmieni llum.

    Kim irrijafferma l-impenn tal-Kora ta’ Fuq biex tkun parteċipi b’mod attiv fid-denuklearizzazzjoni tal-pajjiż jekk il-kontromiżuri jkunu simultanji. Huwa esprima l-frustrazzjoni tiegħu li r-rieda tajba tiegħu mhix qed titwassal b’mod ġust lill-komunità internazzjonali.

    Kim emfasizza wkoll lil Chung li ttestijiet nukleari tal-Korea ta’ Fuq fis-sit ta’ Poongye-ri saru pratiikalemnt impossibbli wara li żewġ terzi tal-mini tal-kumpless ċedew matul l-aħħar test.

    Chung qal li dan se jkun qed iwaqqaf għal kollox it-testijiet missilistiċi ta’ portata twila fil-futur.