Peter Schmeichel: Man Utd għandhom jakkwistaw lil Harry Maguire

    Skond l-ex goalkeeper leġġendarju Daniż u ta' Manchester United Peter Schmeichel, ir-Red Devils għandhom ikomplu juru interess fid-difensur internazzjonali  ta' Leicester Ciy Harry Maguire.

    Schmeichel kompla jgħid li l-coach Portugiż Jose Mourinho kellu raġun li jikseb is-servizzi ta' dan id-difensur u ma jagħtihx tort li hemm bżonn aktar saħħa f'dan id-dipartiment. 
    Schmeichel qal li Maguire faċilment jista' jitqabbel mal-ex kollega tiegħu Steve Bruce minħabba l-fantasija u t-talent li jħaddan kif ukoll il-kariżma li għandu biex imexxi d-difiża.
    L-għan tad-diriġenti tal-United issa hu li jasal Jannar sabiex jittantaw jerġgħu joffrulu kuntratt attraenti.