L-attakk f'Amsterdam... il-pulizija sparat fuq is-suspettat disa' sekondi biss mill-attakk

    Żagħżugħ ta’ 19-il sena mill-Afganistan li ta daqqiet ta’ sikkina liż-żewġ turisti Amerikani f’Amsterdam kien milqut disa’ sekondi biss war l-attakk.

    Il-Kummissarju Pieter-Jaap Aalbersberg qal li kien hemm persuna li kienet qiegħda tosserva s-suspettat meta ħareġ is-sikkina fl-istazzjon ċentrali ta’ Amsterdam.

    Iż-żagħżugħ Jawed S laqqat tir f’ġenbejh u skont l-avukat tiegħu huwa stenna li jmut fl-imsemmi attakk.