Aġġornata: Passiġġieri eżaminati... jidher li kien każ ta' avvelenament fl-ikel

    Aġġornata: Għaxar persuni kellhom jittieħdu l-isptar wara eżaminazzjoni li seħħed mal-wasla tal-ajruplan tal-Emirates fl-ajruport ta’ New York aktar kmieni llum. L-ajruplan tqiegħed fi kwarantina sakemm saru t-testijiet meħtieġa.

    Irriżulta li minn fost dawk kollha li qalu li ħassewhom ma jifilħux, kien hemm għaxra li kellhom jittieħdu fi sptar, bl-eżaminazzjoni tkompli minħabba possibilità ta’ sintomi oħrajn.

    L-allarm qam minħabba li uħud mill-passiġġieri li kienu abbord kienu ġejjin minn mill-belt ta’ Mecca fl-Arabja Sawdija u li fil-preżent tinsab għaddejja minn epidemija. 

    Minkejja dan jidher li l-kaġun ta’ dawn il-persuni li ħassewhom ma jifilħux kien każ ta’ avvelenament mill-ikel.

    Qabel: Titjira tal-Emirates minn Dubaj qiegħda tiġi eżaminata fl-ajruport ta’ New York wara li skont ma’ kien irrapurtat, madwar 100 persuna abbord jistgħu jkunu ma jifilħux.

    It-titjira EK203 għamlet inżul sigur fl-ajruport ta’ John F.Kennedy aktar kmieni llum, bil-pilota jirraporta li tnejn mill-passiġġieri juru sinjali ta’ riħ qawwi u madwar 100 oħra “qegħdin jgħatsu kontinwament”.

    L-ajruplan qiegħed jinżamm fi kwarantina u l-aktar possibbilità evidenti hija dik li l-ajruplan tar minn Dubaj lejn Mecca fejn esperjenza epidemija.

    Total ta’ 521 passiġġier jinsabu abbord l-ajruplan li qiegħed jinżamm ‘il bogħod mit-terminal tal-ajruport, bl-awtoritajiet jinvestigaw dwar il-marda li għadha ma ġietx stabbilità.