Passiġġiera Portugiża fuq mutur tweġġa' gravi f'ħabta f'San Ġiljan

    Portugiża ta’ 30 sena sofriet ġrieħi gravi wara li l-mutur li kienet riekba fuqu kien involut f’ħabta f’San Ġiljan.

    Il-mutur ħabat ma’ vettura tat-tip Nissan NV200 misjuqa minn raġel ta’ 55 sena resideni s-Swieqi. Il-mutur kien misjuqa minn Portugiż ta’ 29 sena.

    Fuq il-post mar tim mediku mill-Isptar Mater Dei biex jassisti lill-vittma, bil-mara tkun ċertifikata li qed issofri ġrieħi ta’ natura gravi wra li ttieħdet għall-kura l-isptar.