Xogħlijiet biex tkun estiża l-Bajja tal-Għadira

    Fil-bajja tal-Għadira fil-Mellieħa bħalissa għaddejjin xogħlijiet b’rabta mal-proġett tal-estensjoni ta’ din il-bajja.

    Bħala parti minn dan il-proġett se jsir tħaffir matul il-kosta kollha li hu meħtieġ biex isiru l-istudji neċessarji dwar il-materjal li hemm taħt is-saffi tar-ramel. 

    Intant, b’referenza għal dawn ix-xogħlijiet, ġie ppubblikat Avviż għall-Baħħara Numru 097 tal-2018 li hu aċċessibbli fuq is-sit ta’ Transport Malta.