Anzjanit√† b’dinjit√† għal persuni LGBTIQ

    Is-Segretarju Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Anthony Agius Decelis attenda s-seminar Invisible women - what can we learn about ageing from the voices of women ageing solo?, organizzat mid-Dipartiment tal-Istudju tal-Ġeneru u mid-Dipartiment tal-Ġerentoloġija fl-Università ta’ Malta. 

    Is-seminar ġie organizzat bl-iskop li jqajjem kuxjenza dwar kif persuni b’ġeneri u b’orjentazzjoni sesswali varja jesperjenzaw l-anzjanità tagħhom fil-komunità u anke fid-djar residenzjali. Fost il-professjonisti li pparteċipaw kien hemm Dr Trish Hafford-Letchfield, Professur fuq il-Kura Soċjali mill-Università ta’ Middlesex li għandha esperjenza sostanzjali fil-qasam ta’ servizzi lill-anzjani partikularment dawk marġinalizzati.

    Fil-ftuħ tas-seminar, is-Segretarju Parlamentari Agius Decelis qal li l-Gvern qed jaħdem biex ikisser taboos soċjali f’bosta aspetti billi jqajjem diskussjoni u jieħu azzjoni fl-iżvilupp tal-politika tiegħu. M’hemmx bżonn li kull darba noqogħdu naħsbu f’servizzi ġodda għal persuni bi bżonnijiet differenti iżda li s-servizzi li jinħolqu għandhom ikunu flessibbli u aċċessibbli biex jilqgħu l-bżonnijiet differenti ta’ persuni differenti.

    Anthony Agius Decelis żied li l-Gvern jemmen li kull persuna għandha dritt tgħix ħajja ta’ dinjità, irrispettivament mill-età, mill-ġeneru jew mill-orjentazzjoni sesswali, filwaqt li rrikonoxxa li għad baqa’ xi jsir. Is-Segretarju Parlamentari rringrazzja lil Dr Marceline Naudi tal-organizzazzjoni tas-seminar.