RITRATTI: Aktar minn miljun persuna fil-Ġappun mitlubin jevakwaw … L-agħar maltempata f'dawn l-aħħar 25 sena

    Mewġ ġgantesk u rwiefen li kienu jlaħħqu l-135 mil fis-siegħa laqtu lill-Ġappun fl-aħħar sigħat, b’żewġ persuni jmutu u għexieren oħrajn rapportati li ndarbu kaġun ta’ dik deskritta bħala l-agħar maltempata li laqtet lill-pajjiż f’dawn l-aħħar 25 sena.

    It-tifun Jebi laqat partikolarment lill-kosta tal-Punent f’dan l-aħħar sitwazzjoni ta’ emerġenza kaġun ta’ temp lil laqtet lill-pajjiż matul dan is-sajf.

    Ritratti u filmati ppublikatu fuq il-midja soċjali juru l-qilla tat-tifun. Filmat partikolari juri lil parti mis-saqaf tal-istazzjon tal-ferrovija ta’ Kyoto jaqa fuq il-binarji ta’ taħtu. U f’ritratti separati mewġ għoli diversi metri jidhru jogħlew ma’ braekwaters li bnew għal tal-apposta biex jilqgħu għall-qilla tal-baħar.

    F’wieħed minn diversi inċidenti tanker ta’ 2,597 tunellata baqa’ dieħel f’pont li jgħaqqad lill-ajruport, li jinsab fuq gżira artifiċjali, mal-bqija tal-art.

    Intant l-awtoritajiet ħarġu twissijiet għall-evakwazzjoni ta’ 1.19 miljun persuna li jgħixu fil-Punent u fiċ-ċentru tal-Ġappun.